Futbol Sport

L-Italja miżmuma fi draw mill-Bosnija

Fi Stadio Artemio Franchi, it-tim Taljan ġie miżmum fi draw ta’ 1-1 mill-Bosnija. Kienu l-Bosnija li fetħu l-iskor fil-57 minuta permezz tal-attakkant ta’ Roma EDIN DZEKO. It-tim ta’ Roberto Mancini ġab d-draw minuta wara permezz ta’ xutt ta’ STEFANO SENSI li kien devjat għal wara Sehic.

F’partita oħra mill-istess grupp, l-Olanda taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid Dwight Lodeweges għelbu lill-Polonja 1-0, bl-uniku gowl tal-partita jasal fil-61 minuta mill-attakkant ta’ Tottenham STEVEN BERGWIJN.

UEFA NATIONS LEAGUE

Illum: Italja v Bosnija 1-1, Olanda v Polonja 1-0, Norveġja v Awstrija 1-2, Rumanija v Irlanda ta’ Fuq 1-1, Skozja v Iżrael 1-1, Slovakkja v Repubblika Ċeka 1-3, Litwanja v Kazakhstan 0-2, Belarus v Albanija 2-0.