Internazzjonali

Libanu: Sinjali ta’ ħajja fost it-tifrik tal-isplużjoni kbira f’Bejrut

L-iskwadri tas-salvataġġ, f’Bejrut, qed ikomplu jfittxu qalb it-tifrik tal-bini fost rapporti li persuna jista’ għadu qed jgħix wara ġimgħat mirdum taħt it-terrapien. It-tfittxija ilha għaddejja għal sigħat u qed titqies bħala ‘xaqq ta’ dawl ġdid’ wara l-isplużjoni devastanti tax-xahar li għadda fil-kapitali Lebaniża,

Fit-tfittxija li għaddejja bħalissa fiz-zona ta’ Mar Mikhael (ta’ Bejrut) qed jintuża tagħmir sensittiv tas-sensor, bl-awtoritajiet iwieġbu għal rapporti mhumiex ikkonfermati dwar ‘indikazzjonijiet tal-qalb ta’ bniedem li qed tħabbat’ taħt it-tifrik.

U għalkemm il-ħidma kellha tkun sospiża għal matul il-lejl, numri ta’ voluntiera komplew bit-tfittxija u fejn litteralment qegħdin iħaffru b’idejhom qalb it-tifrik fost it-tamiet li jindikaw aktar sinjali ta’ ħajja.

L-isplużjoni tal-4 ta’ Awwissu li qerdet kwartieri sħaħ ta’ Bejrut kienet ikkaġunata minn ħażna ta’ kimika ( ammonium nitrate) li kienet ilha x-xhur tinżamm ġo maħżen tal-port mingħajr il-kriterji tas-sigurtà aċċettati.

Fl-isplużjoni mietu ‘il fuq minn 200 psersuna, b’xi 300,000 resident tal-kapitali jitilfu djarhom b’konsegwenza.