Futbol Sport

Lionel Messi se jibqa’ ma’ Barcelona

Wara jiem ta’ spekulazzjoni, l-attakkant Arġentin Lionel Messi tkellem għall-ewwel darba fil-pubbliku fej qal li hu se jibqa’ ma’ Barcelona minkejja li ftit jiem wara l-eliminazzjoni umiljanti ta’ Barcelona mill-UEFA Champions League hu kien kommess li jħalli lill-klabb Spanjol.

Messi qal li ma jixtieqx jidħol f’battalji legali mal-klabb ta’ ħajtu u b’hekk iddeċieda li jirrispetta l-kuntratt tiegħu li jiġi fi tmiemu fis-sajf li ġej. Fil-kuntratt preżenti ta’ Messi hemm klawsola ta’ 700 miljun ewro, somma li għamiltha diffiċli għal Manchester City u Inter li jakkwistaw lil dan il-plejer minkejja l-interess qawwi fih.

Lionel Messi ilu ma’ Barcelona sa mill-2003 wara li kien issieħeb magħhom mingħand Newell’s Old Boys tal-Arġentina. Hu lagħab 485 partita fejn skorja 444 gowl u rebaħ ukoll sitt darbiet il-ballun tad-deheb.