Lokali

Tifla ta’ sentejn l-isptar wara li ttajret minn vettura

Tifla ta’ sentejn kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei b’urġenza wara li ttajret minn Land Rover f’Santa Venera.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.30 tal-Ħamis waranofsinhar fi Triq il-Kbira San Ġużepp meta għal xi raġuni t-tifla ntlaqtet mill-vettura li kienet qed tinstab minn żagħżugħ ta’ 29 sena minn Pembroke.

Fil-post ġew msejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku b’ambulanza li ħa liċ-ċkejkna l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.