Lokali

AĠĠORNATA: Gordon Calleja huwa l-priġunier li miet fil-ħabs

Gordon Calleja minn Ħal Luqa huwa l-priġunier ta’ 45 sena li nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għall-ħabta tas-6.35am. Permezz ta’ stqarrija kien ntqal li l-vittma miet b’mewta naturali. Calleja kien qed il-ħabs fuq każ ta’ attentat ta’ qtil.

Il-każ li kien invilut fih Calleja seħħ f’pastizzerija f’Ħal Luqa f’Awwissu 2019 hekk kif allegatament hu pprova joqtol lil Nicholas Bezzina permezz ta’ daqqiet ta’ sikkina. Huwa ġie akkuzat ukoll li seraq is-somma ta’ madwar €400 bi vjolenza.

Bezzina kien mar hu stess l-għassa tal-Pulizija hekk kif qasam it-triq ferut isejjaħ għall-għajnuna. Allegatament l-aggressur baqa jistenna barra l-għassa bis-sikkina f’idejh sakemm ħarġu l-uffiċjali għalih fejn sussegwentament ħarab minn fuq il-post u nqabad ftit tal-ħin wara fir-residenza tiegħu.

Intant din mhux l-ewwel mewta li kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar xhur, infatti fl-aħħar sentejn u nofs nafu li mietu 9 persuni fil-Faċilità.