Għawdex Lokali

Anzjan iweġġa’ gravi wara li waqa’ waqt li kien qed jiżbor siġra

Anzjan weġġa’ gravi waqt li kien qed jiżbor siġra minn quddiem ir-residenza tiegħu.

Il-Pulizija qalu fi stqarrija li l-anzjan ta’ 61 sena, waqa’ għoli ta’ madwar żewġ metri hekk kif kien fuq scaffolding fil-ġardina quddiem ir-residenza tiegħu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq Wied is-Simar fil-Qala. L-anzjan ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min feriti gravi.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha qed tinvestiga.