Lokali

ARA: Il-mument meta ġie arrestat Jesper Kristiansen

Il-filmat esklussivi li ġew ppublikati fl-aħħar sigħat mill-media Spanjola, qed juru l-mument li fih kien arrestat fi Spanja, Jesper Kristiansen it-tielet suspettat fil-qtil ta’ Chris Pandolfino u Ivor Macjiejovski raġel li seħħ f’Tas Sliema ftit tal-ġimgħat ilu. Kritiansen li hu Daniż li ġie arrestat fit-30 ta’ Awwissu li ghadda f’Cádiz fi Spanja b’rabta mal-qtil doppju f’Tas-Sliema… iżda naqas milli jagħti l-kunsens tiegħu biex jintbagħat Malta.

Huwa nqabad f’lukanda f’Cadiz wara l-involviment tal-Interpol. Kieku ta l-kunsens tiegħu huwa kien jintbagħat lura Malta f’perjodu ta’ bejn seba’ u għaxar t’ijiem. Għaldaqstant il-pass li jmiss hu li jgħaddi proċeduri f’Qorti Spanjola, li trid tiddeċiedi l-estradizzjoni tiegħu fi żmien 30 ġurnata.

Dan it-tielet suspettat kien ħarab minn Malta lejn Barċellona. Kien għalhekk li l-Pulizija Maltija bdiet proċess sabiex jinħareġ mandat t’arrest Ewropew fil-konfront tiegħu u dan biex jiġi estradit lejn Malta.

Intant, il-Ħamis li għadda bdiet il-kumpilazzjoni fil-konfront tal-ewwel suspettat, Daniel Muka li kien inqabad mill-pulizija Maltija ftit jiem wara d-delitt. Meta Muka ġie arrestat huwa kien liebes katina tad-deheb ta’ Pandolfino u li x’aktarx kienet dik milbusa mill-vittma meta huwa nqatel fir-residenza tiegħu.

B’rabta ma’ dan il-qtil diġa tressaq il-qorti Viktor Dragomanski ta’ 36 sena mill-Macedonja. Huwa ġie arrestat fil-Gżira u pprova jaħrab lill-Pulizija billi qabeż minn xi gallariji u bjut. Iżda l-Pulizija rnexxilha xorta tarrestah. Il-kumpilazzjoni ta’ Dragomanski se tibda nhar l-Erbgħa 9 ta’ Settembru fis-1.00 pm. quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.