Coronavirus Internazzjonali

“Berlusconi ma jinsabx fl-ITU”

Rapporti Taljani qed jgħidu li s-sitwazzjoni dwar is-saħħa ta’ Silvio Berlusconi mhux ta’ tħassib kbir, infatti huwa ma jinsabx fl-ITU.

Il-kundizzjoni tiegħu — magħrufa bħala double pneumonia — għadha fil-fażi bikrija u l-eks Prim Minsitru Taljan, fl-aħħar sigħat, kien qed ikun suġġett għat-testijiet fi sptar ta’ Milan wara li nstab infettat bil-coronavirus f’nofs il-ġimgħa.

Kollox qed jindika li l-virus laqtu meta kien qiegħed f’vaganza f’Sardenja, dan hekk kif ir-rata ta’ infezzjoni f’din il-gżira hija ferm aktar għolja minn reġjuni oħra fl-Italja. Preżentament il-gżira qed isservi bħala destinazzjoni ewlenija fost it-Taljani biex iqattgħu l-vaganzi tas-sajf.

Tags