Internazzjonali

Biża’ ta’ ħsara ambjentali minħabba ‘MT New Diamond’

Wara li tanker f’Sri Lanka, MT New Diamond ħa n-nar fit-3 ta’ Settembru, issa hemm biża’ li dan jisplodi u kaġun ta’ dan joħroġ mal-270,000 tunellata f’żejt mhux raffinat. Jekk dan iseħħ, il-kosta ta’ Sri Lanka se tesperjenza ħsara ambjentali kbira.

In-nar żviluppa fil-boiler room iżda fortunatament, in-nar ma wasalx sal-merkanzija. Rapporti fil-midja qalu li membru tal-ekkwipaġġ tilef ħajtu filwaqt li persuna oħra soffriet ġrieħi serji. Il-kumplament tal-membri fuq it-tanker tniżżlu mingħajr ebda ġrieħi.

Bħalissa dan it-tanker qed jitressaq ‘il barra mill-art ta’ Sri Lanka minħabba l-biża’ ta’ splużjoni.