Coronavirus Saħħa

COVID-19: 30 każ ġdid, ifiqu 36

Fl-aħħar 24 siegħa, 30 persuna rriżultaw pożittiv għall-Covid-19. U biċ-ċifra ta’ 36 persuna mfejqa mill-Coronavirus, il-każi attivi bħalissa huma 529.

Il-każi totali rreġistrati f’pajjiżna mis-7 ta’ Marzu ‘l hawn issa telgħu għal 2,188 persuna u dawk imfejqa issa jlaħħqu l-1,608 persuna … bin-numru tal-vittmi jiżdied b’erba f’temp ta’ ġimgħa għal 14 b’kollox.

Dawn in-numri jinkludu wkoll l-immigranti li jinsabu pożittivi għal dan il-virus.