Lokali

Droga fuq il-bankina?

Kmieni s-Sibt filgħodu l-Pulizija daħlilhom rapport li persuni lemħu “pakketti bi trab abjad” fuq bankina fi Triq Sant’Anna f Wied il-Għajn.

Kollox jindika li dawn il-pakketti kien fihom droga, iżda din għad trid tiġi konfermata mit-testijiet neċessarji li qed isiru min-naħa tal-pulizija li skont sorsi ta’ Net News marru fil-post appena sar ir-rapport. Kien ftit wara, li l-Qorti ħattret esperti biex jagħmlu t-testijiet neċessarji fuq it-tliet pakketti misjuba.

In-nies li raw dawn il-pakketti fuq il-bankina rrapurtaw mal-ewwel għax kienu maħsuda b’dak li sabu ma wiċċhom kmieni filgħodu.

Jidher li għal xi raġuni mhux magħrufa, dawn il-pakketti tħallew jew waqgħu lil xi ħadd matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga x’seta’ wassal għal dan fejn inħattret inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa.