Pajjiżna maħsud bl-14-il mewta b’kawża tal-Covid-19.
Din l-aħbar saret magħrufa permezz ta’ stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa intqal li anzjan ta’ 85 sena miet “waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.”
Sorsi ta’ Net News qalulna li kollox qed jindika li l-vittma huwa t-tabib tal-familja Lawrence Fenech li kien ilu jaqdi din il-professjoni għal aktar minn 50 sena u li sa ftit tax-xhur ilu kien għadu jservi fil-komunità.
Intqal li l-vittma ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħal l-isptar fl-1 ta’ Settembru hekk kif il-kundizzjoni tiegħu bdiet taqleb għall-agħar. Huwa miet aktar kmieni dalgħodu fl-IDU fl-Isptar Mater Dei.