Lokali

Il-PN jiċħad l-allegazzjoni dwar id-due diligence relatati ma’ Adrian Delia

Il-Kummissjoni Kandidati tal-PN tagħmel referenza għal Facebook post li ħarġet is-Civil Society Network u tiċħad bl-iktar mod kategoriku l-allegazzjoni imxandra dwar il-proċess ta’ due diligence fil-konfront ta’ Adrian Delia.

L-istqarrija maħruġa mic-Chairperson tal-Kummissjoni Kandidati tal-PN, Colin Bowman tgħid li Delia kellu numru ta’ kumpaniji li fuqhom ta’ l-informazzjoni u b’hekk segwa l-proċess naturali ta’ aktar mistoqsijiet. Dan juri is-serjeta’ tal-istess proċess.

Il-Kummissjoni Kandidati tiddikjara li l-proċess għadu għaddej fuq iż-żewġ persuni lilhom riferuti, m’hemm l-ebda konklużjoni fuq it-tnejn li huma, dan il-proċess huwa għal kollox trasparenti u l-konklużjonijiet li waslet għalihom l-istess Civil Network Society hija miżinformazzjoni li ma tagħmilx ġieh lilha.