Internazzjonali

Is-suspettat tal-għajbien ta’ McCann b’akkużi separati

Wieħed mis-suspettati dwar il-każ tal-għejbien ta’ Madeleine McCann fil-Portugal qed jiġi investigat dwar allegazzjoni ta’ abbuż fuq tifla oħra xahar biss qabel l-għejbien ta’ McCann.

Is-suspettat, Christian B, għandu allegazzjonijiet li wettaq għatti mhux xierqa quddiem tifla Ġermaniża ta’ 10 snin fuq bajja fl-2007 filwaqt li espona lilu nnifsu quddiemha. S’issa għadu ma ttellax il-Qorti hekk kif mill-investigazzjonijiet li qed isiru għad m’hemmx akkużi konkreti.

Bħalissa hu priġunier f’ħabs fil-Ġermanja wara li nstab ħati li stupra persuna u ttraffika d-droga.