Lokali Qorti

Jammettu li pprovaw jaħarbu minn Malta b’dokumenti foloz

Dalgħodu, 12-il persuna tressqu l-Qorti akkużati li pprovaw jaħarbu minn Malta lejn Bergamo u Bologna, fl-Italja permezz ta’ dokumenti foloz jew passaporti ta’ persuni oħra.

Dawn li tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia huma kollha immigranti li fil-maġġoranza tagħhom jgħixu fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far. L-immigranti, li disgħa huma mis-Sudan, tnejn mill-Kosta tal-Avorja u ieħor mill-Pakistan ġew arrestati waqt li kienu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jipprova jaqbdu titjira lejn l-Italja.

Kollha kemm huma ammettew l-akkużi kontrihom, bil-Maġistrat jibgħathom sitt xhur ħabs kull wieħed.