Lokali

L-10 anniversarju mid-diżgrazzja tal-‘Farrugia Brothers Fireworks Factory’

Illum, jaħbat l-10 anniversarju mid-diżgrazzja li kienet seħħet fil-Kamra tan-Nar ta’ ‘Farrugia Brothers’ magħrufa bħala ‘Farrugia Brothers Fireworks Factory.’

Illum, fis-7pm fis-santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu’ fil-Fontana se ssir quddiesa b’tifkira lejn il-vittmi; Ninu Farrugia, Raymond Farrugia, Antoinette Farrugia, Noel Farrugia, Peter Paul Micallef u Jean Pierre Azzopardi.

Wara l-quddies se jinħaraq salut, b’memorja għal dawk li tilfu ħajjithom bħal-lum 10 snin ilu, li tant ħabbew u stinkaw għall-festa tagħna tal-Qalb ta’ Ġesu’.