Lokali

L-għaqda Repubblika tesprimi t-tħassib dwar is-sitwazzjoni fil-ħabs

Fi stqarrija l-għaqda Repubblika esprimiet it-tħassib bl-aħbar ta’ mewt oħra fil-ħabs fejn qalu li l-awtoritajiet tal-ħabs diġà kkonkludew li l-mewt seħħet b’mod naturali minkejja li għad trid tibda inkjesta.

Huma qalu li l-priġunieri huma fdati f’idejn l-awtoritajiet u meta sseħħ mewt fil-kustodja tal-awtoritajiet, dan iġib tħassib. Fl-aħħar sentejn u nofs kien hemm disa’ mwiet fil-kustodja tal-awtoritajiet. Din hi indikazzjoni ta’ falliment sistematiku.

Huma qalu li l-media lokali qed tgħid li fil-preżent hemm madwar 25 inkjesta maġisterjali pendenti fuq inċidenti li ġraw fil-ħabs f’dawn l-aħħar sentejn u nofs u saħqu li s-sitwazzjoni hija waħda assurda, perikoluża u ta’ tħassib kbir.