Lokali

Mhux vera li l-ġenituri moħħhom mistrieħ għas-sena skolastika li ġejja

“Minn fejn wasaltu għal din il-konkluzjoni? Le m’iniex moħħi mistrieh la bħala għalliema u lanqas bħala ġenitur għax hemm ħafna mistoqsijiet li għad m’hemmx tweġiba għalihom.”

“Naħseb qedgħin fil-qamar. Jien b’tifel autistic żgur m’għandix moħħi mistrieħ. U bħali hawn ħafna u ħafna oħrajn.”

“Kif wasaltu għal din d-deċizzjoni? Lili ħadd ma staqsini!”

“L-iskola tagħna qeda fejn il-baħar, mhux se nabbuża nibgħatu lil tiegħi, peress li l-mewġ qiegħed fil-bahar u dan l-aħħar tela’ l-art.”

Dawn kienu uħud mill-mijiet ta’ kumment li ħallew diversi ġenituri u għalliema wara li l-media laburista ħarġet artiklu ssosstni li ‘Il-ġenituri moħħhom mistrieħ għas-sena skolastika li ġejja’.

Dawn il-kummeti jixhdu li sfortunatament la l-ġenituri, la l-istudenti u lanqas l-għalliema m’għadhom moħħhom mistrieħ.

Minħabba li l-media laburista pruvat tikkumpara skola sajf mal-ftuħ tal-iskejjel li ser isir ftit iktar minn tlett ġimgħat oħra, kienu diversi ġenituri li esprimew ir-rabja tagħhom minħabba l-fatt li wieħed ma jistax jikkumpara skola sajf fejn attendaw biss 7,000 tifel u tifla… numru li l-Ministeru fil-bidu tas-Sajf kien stqarr li huwa ferm inqas minn dak tas-soltu.. dan meta wiħed jikkunsidra wkoll li fix-Xitwa jkunu diversi dawk li jimirdu b’riħ jew influwena.

Ġenituri oħra stqarrew li ma jistax ikollok moħħok mistrieħ meta għad m’hemmx direzzjoniji ċara…l-unika ċertezza li ngħatat waqt il-Konferenza li saret nhar il-Ħamis, kienet dwar l-ilbies tal-maskri fl-iskola u fuq il-mezzi ta’ trasport… fejn għandha tinżamm distanza soċjali anke f’dawn il-vetturi.

Persuni oħrajn komplew jistqarru biża li f’pajjiżi barra minn xtutna li fetħu li skejjel.. n-numru ta’ każi reġa tela’ ‘l fuq u li saħansitra kellhom jerġgħu jingħalqu.

Diversi ġenituri staqsew ukoll; “x’ser jiġri meta tfal fis-sekondarja ikollhom l-options? X’ser jiġri meta jkunu iridu jintużaw affarijiet li jkunu diġa ntużaw minn tfal oħra? It-toilet ser jiġu imnaddfin? U għalfejn it-tfal tal-Primarja jistgħu joqgħodu mingħajr maskra fil-klassi, ġust għall-għalliema?”

Kummenti u reazzjonijiet bħall dawn jagħtu stampa ċara ta’ kif intlaqgħu l-protoklli li ħareġ bihom il-Gvern waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha l-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici ma kienx preżenti.

Huma bosta dawk li għadhom qed jistennew aktar direzzjoni ċara dwar il-ftuh tas-Sena Akkademika.