Coronavirus Lokali

VOX POP: In-nies x’jaħsbu dwar il-ftuħ tal-iskejjel?

Kulħadd jemmen li l-edukazzjoni hi ferm importanti għall-uliedna iżda minn naħa l-oħra l-COVID-19 qed iqajjem tħassib dwar l-affarijiet bażiċi li konna mdorrijin nagħmlu ta’ kuljum.

Kien għalhekk li morna sal-Belt Valletta biex naraw x’qed jaħsbu n-nies dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel u x’jaħseb il-pubbliku dwar il-miżuri relatati mal-edukazzjoni mħabbra mill-Gvern fl-aħħar jiem.

Ġenituri li tkellmu magħna qalulna li l-edukazzjoni hi importanti tant li ma jistax ikun li t-tfal jitilfu ġimgħat jekk mhux ukoll xhur mill-iskola… anke jekk il-virus għadu fostna.

Rigward kemm jaħsbu li t-tfal kapaċi jżommu d-distanza soċjali, sfortunatament ħafna jaħsbu li din se tkun impossibli b’mod speċjali għal dawk li għadhom żgħar.

Kif rajna fil-pajjiż ġar tagħna, il-Gvern Taljan se jkun qed jgħati maskri ġodda kuljum lit-tfal fl-iskejjel biex jassigura l-iġene u n-nuqqas ta’ tixrid tal-virus. Fil-fatt, ħafna qalulna li l-Gvern Malti għandu jagħmel l-istess.