Żagħżugħ ta’ dixxendenza Maltija, Ben Stylo, ta’ 28 sena ħa l-aħħar nifs ta’ ħajtu nhar l-Erbgħa li għadda. Huwa miet f’isptar f’Melbourne l-Awstralja f’waħda mis-swali fit-taqsima tal-kura intensiva.
Il-ġenituri tiegħu kienu mċaħħda milli joqogħdu maġenbu fl-aħħar mumenti ta’ ħajjet binhom minħabba l-miżuri b’rabta mal-pandemija tal-Covid-19 li hemm fl-istat ta’ Victoria.
Ommu Rose Cassar saret taf bil-mewta tiegħu sigħat wara, bit-traġedja kważi twassalha għal ħsibijiet ta’ suwiċidju. Infatti bħalissa hi qed tinżamm l-isptar u qed tingħata l-għajnuna.
L-omm qalet li binha miet waħdu mdawwar biss bil-magni, u l-aħħar darba li kienet ratu hu meta ddaħħal l-isptar is-Sibt ta’ qabel il-mewta.
Stylo kellu kundizzjoni li minn madwar id-dinja huma 5 li nstabu biha li taffetwa l-immunità tiegħu.
Aktar dettalji ‘l quddiem.
