Fl-aħħar 24 siegħa, pajjiżna rreġistra 25 każ ġdid ta’ Coronavirus, bil-każi attivi fil-gżejjer Maltin huma 528. Dan filwaqt li fiequ total ta’ 26 persuna.
Dan tħabbar fil-paġna tal-Ministeru għas-Saħħa fuq Facebook, fejn ingħad li mill-każijiet li tħabbru s-Sibt, 10 każi kienu qraba ta’ persuna li ttestjaw pożittiv fil-jiem preċedenti, żewġ każi oħrajn minn fuq post tax-xogħol, erba’ każi li kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi u każ ieħor minn attività soċjali.
B’hekk, 13-il każ mit-30 imħabbra s-Sibt qed jitqiesu bħala sporadiċi, jiġifieri ma jafux minfejn ġew infettati.
Dan kollu jfisser li l-ammont ta’ każi totali mis-7 ta’ Marzu ‘l hawn telgħu għal 2,213. NET News hu l-uniku li qed iwassal iċ-ċifri kollha wara d-deċiżjoni li l-immigranti irregolari ma jibqgħux ikunu inklużi maċ-ċifri uffiċjali.
Min-naħa l-oħra, it-total ta’ persuni li fiequ tela’ għal 1,634, filwaqt li l-ammont ta’ fatalitajiet baqgħu 14.
Sadanittant, fl-aħħar tmint ijiem, l-ammont totali ta’ każi ġodda kien 261, filwaqt li rriżultaw tliet fatalitajiet kawża tal-virus tal-Covid-19. Dan kollu ftit tal-ġimgħat biss wara li pajjiżna kien irnexxielu jikseb tmint ijiem konsekuttivi mingħajr ma jirreġistra każ pożittiv ġdid.
Dak ir-riżultat kien possibbli grazzi għas-sagrifiċji tal-frontliners u ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin … qabel ma deċiżjonijiet meħuda mill-Gvern ta’ Robert Abela, meqjusa mill-esperti bħala mgħaġġlin u mhux f’waqthom, wasslu biex in-numri jerġgħu jisparaw ‘il fuq.
//= $special ?>