Internazzjonali

Ġappun: Mal-200,000 ordnati biex jevakwaw fost it-theddida ta’ Tifun Haishen

epa08650242 People walk past high waves generated by typhoon Haishen in Yomitan, southern island of Okinawa, Japan, 06 September 2020. Extremely powerful Typhoon Haishen approached Japan's southern island of Okinawa before moving up north, closing to the west coast of Japan's southwestern Kyushu island before heading to the Korean peninsula. Railway and flight services are suspended in western to southwestern Japan due to the typhoon. EPA-EFE/HITOSHI MAESHIRO

‘Il fuq minn 200,000 persuna ngħataw direttiva biex jabbandunaw numru ta’ zoni fil-Ġappun waqt li kien qed javviċina l-maltemp ta’ Tifun Haishen – bl-elementi jkomplu jiħraxu matul-l-aħħar sigħat.

Iz-zoni inkwistjoni, bħalissa, qed jintlaqtu minn ħalbiet kbar tax-xita u rwiefen b’veloċità ta’ ‘il fuq minn 160 kilometru fis-siegħa.

Dan meta t-tifun qed iqarreb l-inħawi ta’ Kyushu, bl-awtoritajiet meteoroloġiċi jikkonfermaw li l-maltemp, ‘f’xi ħin’, għandu jolqot ukoll it-territorju tal-Korea t’Isfel.

Il-qilla ta’ ‘Haishen’ qed iżżid jiem wara l-impatt ta’ tifun ieħor, bl-isem ‘Maysak’,  li kien qanqal l-aktar maltemp qawwi għal snin fir-reġjun.

L-aħħar tifun, intant, wassal għall-għeluq ta’ fabbriki, skejjel u negozji fl-inħawi tal-Punent tal-Ġappun – bl-awtoritajiet ikkonċernati anki jwaqqfu mijiet ta’ titjiriet u servizzi bil-ferrovija minħabba l-periklu.

Il-Gvern Ġappuniż kellu jlaqqa b’urġenza l-Kabinett biex jiddiskuti l-aktar miżuri effettivi li jistgħu jrażżnu l-impatt tat-Tifun Haishen.