Lokali Qorti

Ingliż mill-ġdid arrestat wara sena u nofs barra

Raġel ta’ 37 sena mill-Ingilterra nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li wettaq serq aggravat, serqa bi vjolenza kif ukoll sekwestru ta’ persuna waqt li kien barra b’libertà proviżorja.

Fil-Qorti instemgħa kif fit-22 ta’ Awwissu l-akkużat, li ilu li ħareġ mill-ħabs sena u nofs biss, wara 12-il sena jiskonta sentenza, allegatament seraq arloġġ tal-valur ta’ aktar minn €4,500 fil-Pietà, żamm persuna kontra l-volontà tagħha kif ukoll li seraq mutur minn Marsaskala.

Filwaqt li l-Ingliż ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, il-prosekuzzjoni spjegat li għadd hemm xhieda pajzana li jridu jixhdu f’dan il-każ.