Futbol Sport

Kalidou Koulibaly jilħaq ftehim ma’ Manchester City

Rapporti fl-Italja qegħdin jgħidu li Kalidou Koulibaly ta’ Napoli laħaq ftehim ma’ Manchester City fuq kuntratt li jaqla €12-il mijun fis-sena. €9 miljuni paga filwaqt li €3 miljun oħra bonuses relatati mal-prestazzjoni tiegħu. Dan ifisser li l-paga tiegħu se tirdoppja minn dik li jitħallas bħalissa mat-tim Taljan.

Manchester City mistennijin jgħollu l-offerta tagħhom għal €70 miljun plus bonuses. Il-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis lest iraħħas it-talba tiegħu minn €80 miljun għal €75 miljun.

Jekk dan it-transferiment iseħħ, l-ewwel għażla ta’ Napoli biex jieħu post Koulibaly se jkun Sokratis Papastathopoulos ta’ Arsenal.