AlphaTauri rebħu l-ewwel Grand Prix tal-istaġun permezz tas-sewwieq Pierre Gasly fit-trakka ta’ Monza ġewwa l-Italja. Dan fisser li huma l-ewwel tim minn l-2013 li ħadu t-titlu minn Mercedes, Ferrari u Red Bull. Hu kien segwit minn Carlos Sainz ta’ McLaren u Lance Stroll ta’ Racing Point li daħlu fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.
Fir-raba’ post daħal Lando Norris ta’ McLaren, Valtteri Bottas ta’ Mercedes u Daniel Ricciardo ta’ Renault jidħlu warajh. Riżultat negattiv għal Lewis Hamilton li temm it-tellieqa fis-seba’ post, segwit minn Esteban Ocon ta’ Renault u Daniil Kvyat ta’ AlphaTauri. Fl-għaxar post daħal Sergio Perez ta’ Racing Point.
Riżultat negattiv għal Ferrari li l-ebda mil-karozzi tagħhom ma temmewx it-tellieqa, b’ Sebastian Vettel jieqaf wara disa’ dawriet filwaqt li Charles Leclerc ikollu inċident ikrah li jwassal li t-tellieqa tieqaf għal ftit ħin.
Lewis Hamilton kien fuq quddiem tul il-bidu tat-tellieqa sal-waqfa, fejn kien mogħti stop-and-go-penalty talli daħal fil-pit lane meta kienet magħluqa, u b’hekk spiċċa l-aħħar, iżda rkupra kif setgħa biex temm it-trakka fis-seba’ post.
Formula 1
Kif temmew: 1. P. Gasly, 2. C. Sainz +0.415, 3. L. Stroll +3.358, 4. L. Norris +6.000, 5. V. Bottas +7.108, 6. D. Ricciardo +8.391, 7. L. Hamilton +17.245, 8. E. Ocon +18.691, 9. D. Kvyat + 22.208, 10. S. Perez +23.224, 11. N. Latifi +32.876, 12. R. Grosjean +35.164, 13. K. Raikkonen +36.312, 14. G. Russell +36.593, 15. A. Albon +37.533, 16. A. Giovinazzi +55.148 Ma temmewx: M. Verstappen, C. Leclerc, K. Magnussen, S. Vettel
//= $special ?>