Sport Sport Ieħor

Tour de France: Tadej Pogacar jirbaħ id-disa’ stadju

Tadej Pogacar rebaħ id-disa’ stadju tat-Tour de France f’Pyrenees b’distanza ta’ 153 kilometru, filwaqt li Primoz Roglic ħa l-flokk l-isfar mingħand Adam Yates. Fit-tieni post daħal Primoz Roglic filwaqt li Marc Hirschi akkwista t-tielet post.

Adam Yates kien fuq quddiem ma’ grupp ta’ ċiklisti oħra, sakemm fl-aħħar telgħa tat-tellieqa nqata lura u niżel fit-tmien post, li wassal biex tilef il-flokk l-isfar. Marc Hirschi kien fuq quddiem sat-80 kilometru, qabel ma tilef l-ewwel post ma’ Roglic.

Fil-klassifika ġenerali, Primoz Roglic jinsab fil-quċċata segwit mill-Kolombjan Egan Bernal u Guillaume Martin fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Kif temmew: 1. Tadej Pogacar, 2. Primoz Roglic, 3. Marc Hirschi, 4. Egan Bernal, 5. Mikel Landa, 6. Bauke Mollema, 7. Guillaume Martin, 8. Romain Bardet, 9. Richie Porte, 10. Rigoberto Uran

Ikkummenta