Sport Sport Ieħor

US Open: Serena Williams tgħaddi għall-fażi tal-aħħar sittax

It-tennista Serena Williams għelbet lill-Amerikana Sloane Stephens biex issa tinsab mal-aħħar sittax tal-Open tal-Istati Uniti. Is-sitt darbiet rebbieħa bdiet fuq nota ħażina iżda malajr irkuprat, bl-iskor finali jkun 2-6 6-2 6-2.

Daniil Medvedev li s-sena l-oħra ġie fit-tieni post għadda għal-fażi li jmiss wara li rebaħ kontra JJ Wolf, bl-iskor finali jkun 6-3 6-3 6-2. Hu se jaffaċja lill-Amerikan Tiafoe fl-aħħar sittax.

Mil-lejla jibdew il-fażi tal-aħħar sittax kemm tal-kategorija tan-nisa kif ukoll tal-irġiel. L-iktar logħob ta’ stennija huma dawk ta’ Djokovic kontra Carreno Busta u Zverev kontra Fokina mis-singles tal-irġiel filwaqt li mis-singles tan-nisa hemm il-konfronti bejn Osaka u Kontaveit u Williams kontra Sakkari.