Lokali

Żagħżugħ jinqabad bi droga sintetika

Is-Sibt filgħaxija l-Pulizija arrestat żagħżugħ ta’ 29 sena minn Birżebbuġa, grazzi għall-ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

L-arrest seħħ fil-Fgura meta l-Pulizija nnotat sewwieq jaġixxi b’mod suspettuż waqt li kien fil-vettura. Sussegwentament huma avviċinaw lir-raġel fejn saret tfittxija fuqu kif ukoll fil-karozza. Hawnhekk instabet sustanza suspettata bħala droga sintetika.

Filwaqt li ttieħed b’arrest fil-lockup tal-Pulizija fil-Furjana, huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.