Futbol Sport

Debutt memorabbli għal Hayley Bugeja ma’ Sassuolo

(Ritratt: Sassuolo)

Wara ġimgħat ta’ stennija, nhar is-Sibt, Hayley Bugeja lagħbet l-ewwel partita tagħha ma’ Sassuolo kontra Napoli. Bugeja kellha debutt tal-ħolm fis-Serie A hekk kif skorjat żewġ gowls fir-rebħa ta’ 3-1. Il-gowls ta’ Bugeja waslu fil-41 u l-64 minuta wara azzjonijiet personali mill-attakkanta Maltija.

Wara l-partita kien bosta t-tifħir mill-midja internazzjonali speċjalment dik Taljana kif ukoll dik lokali, fejn f’messaġġ fuq il-midja soċjali tagħha, Bugeja qalet li m’għandiex kliem biex tirringrazzja lil kulħadd. Sa dalgħodu stesss, il-ġurnal Taljan Gazzetta.it qabbel lil Hayley Bugeja ma’ Messi fejn iddeskriva liż-żagħżugħa Maltija bħala ‘La Messi Neroverde’.