Sport Sport Ieħor

Djokovic barra mill-Open tal-Istati Uniti wara li laqat uffiċjal bil-ballun

Novak Djokovic ġie diskwalifikat mill-Open tal-Istati Uniti wara li laqat uffiċjal mara bil-ballun tat-tennis. Hu kien qed jilgħab kontra Pablo Carreno Busta u kien qed jitlef 6-5 fl-ewwel set. Bi frustrazzjoni, hu tajjar il-ballun bis-saħħa lura u laqat lil mara. Djokovic kif irrealizza li hi weġġat, mar jara kif inhi.

Il-logħba twaqfet temporanjament, u wara diskussjonijiet twal bejn l-uffiċjali tal-logħba, kien deċiż li Djokovic jitkeċċa mit-turnament. Dan seħħ fuq il-fatt li minkejja ma għamilx dan apposta, hu laqgħat il-ballun b’mod aggressiv u bl-addoċċ.

Għalhekk, Djokovic se jitlef il-punti kollha li ġabar tul il-kompetizzjoni u se jħallas multa minħabba l-inċident.