Lokali

F’temp ta’ tlett ijiem tasal it-tieni mewta fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

It-Tnejn waranofsinhar miet priġunier ieħor fl-isptar Mater Dei wara li pprova jneħħi ħajtu b’idejh fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-priġunier huwa Nazzareno Mifsud ta’ 57 sena li kien qed jistenna li jiġi esradit lejn l-Istati Uniti fuq każ ta’ pedofelija.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tal-5.00 ta’ waranofsinhar. Hekk kif uffiċjal induna b’dak li pprova jagħmel il-priġunier, immedjatament tawh l-ewwel għajnuna fiċ-ċella. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn kien iċċertifikat mejjet għal ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.