Futbol Sport

Greenwood u Foden tkeċċew mill-iskwadra Ingliża wara li kisru r-regoli tal-kwarantina

Mason Greenwood u Phil Foden tkeċċew mill-iskwadra Ingliża wara li kisru r-regoli tal-kwarantina relatati mal-coronavirus. Huwa allegat li huma daħlu mara magħhom fil-lukanda, u kisru r-regola fejn il-plejers għandhom joqgħodu fi gruppi speċifiki. Il-plejer intbatu lura l-Ingilterra separati, u mingħajr ma kellhom kuntatt ma l-ebda plejer ieħor.

Il-kowċ tal-Ingilterra Gareth Southgate qal li dak li għamlu l-plejers kien irresponsabbli, iżda t-tnejn skużaw ruħhom.

Iż-żewġ plejers għamlu d-debutt tagħhom fil-partita tas-Sibt li għadda kontra l-Iżlanda fejn rebħu 1-0. It-tim Ingliż se jilgħab kontra d-Danimarka nhar it-Tlieta 8 ta’ Settembru.