Permezz ta’ post fuq Facebook, Peter Agius, Kandidat għall-Elezzjoni Ewropea qal li s-sajjieda Għawdxin akkost il-wegħdi, ma kinux imħarsa u protetti kif suppost.
Huwa qal li fir-ritratt li ppubblika huwa evidenti li bastimenti Tuneżini qed jistadu fl-ibħra Maltin fuq kannizzati tal-Maltin.
Agius tenna li huwa tajjab li l-Gvern iżomm il-wegħdiet tiegħu, u mill-kliem għal fuq it-TV, imur għall-fatti fil-pratika.
Huwa qal li jeħtieġ li l-Gvern jara li jżomm ma’ kelmtu mas-sajjieda u li huwa fundamentali li ngħaddu messaġġ ta’ deterrent ma’ min qed jisraq lill-Maltin, hekk kif ninsabu fil-bidu tal-istaġun.
//= $special ?>