Edukazzjoni Lokali

Imfakkar il-Jum Internazzjonali għal-Letteratura

Numru ta’ tfal li jagħmlu parti mill-Assoċjazzjoni tal-Iscouts, kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-Ambaxxaturi Maltin għall-qari f’ċelebrazzjoni biex jitfakkar il-Jum Internazzjonali għal-Letteratura

Fil-messaġġ tagħhom l-itfal, l-eks plejers internazzjonali Maltin Carmel Busuttil, Savior Darmanin, Gilbert Agius kif ukoll ir-rebbieħa ta’ Miss Malta 2019 Nicole Vella qalu li l-qari tal-kotba jifaħ orrizonti ġodda, fejn anki jgħin biex ikun hemm żvilupp fil-kreattività tal-istudenti.

L-Ambaxxatur Maltin għall-Qari appellaw biex issa dawn l-istess tfal ikunu huma ambaxxaturi tal-qari fost il-komunità Maltija, u jħeġġu lil sħabhom jaqraw.

Fl-istess attività t-tfal għamlu waqtiet ta’ qari u diskussjoni ma’ dawn l-Ambaxxaturi. Wara mbagħad l-istess tfal ingħataw numru ta’ kotba biex ikunu jistgħu jimirħu aktar fit-tagħlim u jżidu iktar n-namra tagħhom lejn il-letteratura.

F’din il-kampanja ta’ tagħlim saret referenza wkoll għal Jum Ewropew tal-Lingwi, fejn sar appell biex it-tfal ma jiddejqux jitgħallmu lingwi ġodda. Il-Malti mhux biss huwa l-lingwa Nazzjonali ta’ pajjiżna, iżda wara kollox mad-dħul ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea l-lingwa saret lingwa uffiċjali Ewropea.