Sport Waterpolo

Ix-Xlukkajri jegħlbu lil Marsaskala bi tbatija

Stewart Said

MARSAXLOKK BROWN’S…………… 7

MARSASKALA FISH AND FISH…… 6

(1-3), (2-0), (3-1), (1-2)

Marsaxlokk Brown’s Pharma ħadu dak li riedu mill-konfront kontra Marsaskala Fish and Fish iżda mhux mingħajr tbatija. B’dawn it-tliet punti, Marsaxlokk aċċertaw li jtemmu l-fażi ta’ qabel il-play-offs mal-ewwel tnejn.

Marsaskala rnexxielhom jiksbu vantaġġ doppju fl-ewwel sessjoni u wara li Timmy Agius naqqas id-distakk, Max Aquilina għamel l-iskor 3-1. Iżda x-Xlukkajri rkupraw l-iżvantaġġ doppju fit-tieni sessjoni b’gowls ta’ Joseph Galea u Kyle Cremona.

Matteo Martellacci u doppjetta ta’ Matteo Cacici taw vantaġġ ta’ 6-3 lit-tim ta’ Joe Cremona, b’Max Aquilina jnaqqas id-distakk. Joseph Galea deher li seta’ jserraħ ras il-plejers Xlukkajri meta għamel l-iskor 7-4 fil-bidu tal-aħħar sessjoni.

Iżda Marsaskala rnexxielhom jiskorjaw permezz ta’ Jean Claude Cutajar u Luca Felice. Huma baqgħu jittamaw sal-aħħar sekonda biex jevitaw it-telfa u anki kellhom okkażjoni ta’ raġel aktar fl-aħħar attakk iżda ma rnexxielhomx jiskorjaw.

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Portelli, M. Martellacci (1), M. Pace, T. Agius (1), B. Lanzon, J. Galea (2), K. Cremona (1), S. Micallef, R. Scerri, M. Cacici (2), O. Zammit, F. Buhagiar, L. Saliba, J. Portelli

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (2), A. Camenzuli, P. Privitera (1), M. Aquilina (2), L. Grixti, K. Navarro, M. Manara, L. Felice (1), D. Camilleri, R. Attard, M. Chircop, A. Muscat, N. Gatt, L. Grech

Referees: Alex De Raffaele, Massimo Angileri

VALLETTA IZIBET……….. 13

OTTERS NIVEA……………… 5

(3-3), (4-1), (4-1), (2-0)

Valletta IZIBET baqgħu b’punti massimi b’rebħa oħra faċli għas-spejjeż ta’ Otters Nivea. Il-logħba fl-ewwel sessjoni setgħet tagħti impressjoni li Valletta se jkunu qed jitħabtu aktar biex jiksbu t-tliet punti iżda fit-tieni sessjoni fetħu vantaġġ li komplew jikkonsolidawh.

Otters kellhom darbtejn il-vantaġġ fl-ewwel sessjoni, bl-ewwel gowl ta’ Stefan Xerri u l-vantaġġ ta’ 3-2 b’żewġ gowls ta’ Dominique Zahra u Marc Lanzon. Niki Lanzon ġab id-draw, liema gowl wassal biex Valletta fetħu vantaġġ ta’ 6-3 fit-tieni sessjoni u daħlu jistrieħu 7-4.

It-tim ta’ Srdjan Lazarevic għamel ċert mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’gowl ta’ Peter Borg u doppjetta ta’ Miguel Zammit. Luke Gialanze naqqas id-distakk iżda reġa’ kien Zammit li għamel l-iskor 11-5. Fl-aħħar sessjoni Zammit u Borg issiġillaw ir-rebħa għall-Beltin.

Valletta: R. Sciortino, P. Borg (3), E. Aquilina (3), M. Stellini, A. Agius, R. Mock, D. Paolella, A. Bianchi, N. Farrugia, M. Zammit (6), K. Galea, N. Lanzon (1), T. Micallef

Otters: M. Xerri, M. Lanzon (1), R. Caruana, L. Hyzler, E. Meli, L. Gialanze (1), K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, D. Zahra (2), D. Tully, S. Xerri (1), D. Spiteri, M. Caruana Baluci

Referees: Peter Balzan, Stefan Licari

Ikkummenta