Brian Galea huwa r-rebbieħ tal-President’s Cup ta’ din is-sena. Miegħu fuq il-podju ngħaqdu James Galea Jr. u William Chetcuti li spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Dan l-avveniment kien organizzat mix-Shooting Range nazzjonali ta’ Malta fis-Siġġiewi.
Is-sitt finalisti fl-ordni tal-Bib skond l-iskor tal-kwalifikazzjoni tagħhom huma: Brian Galea 73/75 + 2 shoot-off, James Galea Jr. 73/75 + 1 shoot-off, William Chetcuti 72/75, Eugenio Borg 68/75, Stephen Vella 67/75, John Marmara 66/75 + 1 shoot-off li elimina lil Mikaela Galea li ġabet 66/75 + 0 shoot-off.
Ir-riżultat finali wara l-aħħar stadju kienu;1. Brian Galea 42/50, 2. James Galea Jr. 39/50, 3. William Chetcuti 32/40, 4. John Marmara 27/35, 5. Eugenio Borg 21/30, 6. Stephen Vella 18/25
Tliet straights perfetti kienu reġistrati f’din il-kompetizzjoni, kull waħda minn kull persuna li hemm fuq il-podju.
L-aqwa shooters fil-klassijiet rispettivi tagħhom spiċċaw b’dawn l-iskors;
Klassi A: 1. James Galea (Countback Rule), 2. Brian Galea 73/75, 3. William Chetcuti 72/75
Klassi B: 1. Mikaela Galea 66/75, 2. Mariah Busuttil 63/75, 3. Anglu Ciappara 62/75
Klassi C: 1. Johan Xuereb 65/75, 2. Jean Pierre Coleiro 61/75, 3. Mark Scicluna 58/75
Il-programm tal-MSSF Trap se jkompli nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru bis-Caesars Trophy fis-shooting range nazzjonali.
//= $special ?>