Lokali

23 Każ ġdid ta’ Covid-19; 39 ifiqu

Fl-aħħar 24 siegħa kienu identifikati 23 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna. Fl-istess żmien 39 persuna fiequ biex issa il-każi attivi hu 431. B’kollox saru 1,364 swab test.

In-numru ta’ każi totali mis-7 ta’ Marzu ‘l hawn huma 2,099 u meta jitnaqqsu l-14-il persuna li sfortunatament tilfu ħajjithom, 1,729 persuna fiequ mill-virus.

Mill-każi ta’ nhar il-Ħadd, 3 huma membri tal-familja ta’ każi magħrufa, 2 kollegi fuq il-post tax-xogħol ta’ każi magħrufa, 2 huma kuntatti diretti u tnejn oħra mill-cluster ta’ kompetizzjoni tal-bodybuilding.

Li jfisser li 25 mis-37 każ li tħabbru huma sporadiċi, jiġifieri mhux magħruf minn fejn setgħu ħadu l-virus.

Intant f’intervista mal-ġurnal Times of Malta, il-virologu Chris Barbara qal li hu maħsub li l-ewwel vaċċin jista’ jasal Malta għal Diċembru li ġej. Dan dejjem jekk it-testijiet li għaddejjin bħalissa ikunu suċċess.

Chris Barbara qal li l-ewwel konsenji tal-vaċċin se jingħataw lil persuni vulnerabbli u lill-frontliners sakemm eventwalment jibda jingħata lill-bqija tal-komunita’.