Sport

“Din se tkun l-aħħar Regatta tiegħi bħala President mhux bħala dilettant” – Stephen Paris

Ir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja tal-lum se tkun l-aħħar waħda għal Stephen Paris bħala President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor. Paris irnexxielu jagħmel ħafna mill-ħsibijiet li kellu meta daħal fil-kariga sentejn u nofs ilu fosthom li jagħmel ir-restawr meħtieġ tal-ħames shields uffiċjali tar-Regatta.

Paris stqarr li kellu relazzjoni tajba kemm mal-klabbs kif ukoll mal-qaddiefa iżda għalkemm se jibqa’ jgħin fir-regatta, stqarr li hu wkoll għandu ħajja personali b’affarijiet li jixtieq jiffoka fuqhom. Hu tenna li żgur mhux se jittraskura dan l-isport għaliex fi kliemu ma kienx ikun Segretarju u President tal-klabb kif ukoll President tal-assoċjazzjoni.

“Bdiet rota ddur u nisperaw li min ħa jiġi, ħa jkompli jdawwarha aktar bis-saħħa. Jien nixtieq illi min ħa jkun warajja fil-pożizzjoni tiegħi, ikun qed jagħmel aqwa, mhux li għamilt jiena, għax li għamilt jien issa sar, aqwa minni 20 darba jew 30 darba jekk jista’ jkun ħalli r-Regatta ntuha dak l-exposure u dik il-pożizzjoni li veru jixirqilha fil-kultura Maltija.”