Lokali

Flok post ta’ riforma l-ħabs spiċċa post fejn tirrenja l-biża’ – PN

Ilbieraħ filgħaxija sar magħruf li persuna oħra nstabet mejta ġewwa l-ħabs. Din hija l-10 persuna li nstabet mejta ġewwa l-ħabs fuq medda ta ftit xhur. 

Fi stqarrija maħruġa mid-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, din il-mewta setgħet ġiet evitata li kieku fil-ħabs jeżistu sistemi u protokolli effettivi li pemezz tagħhom il-ħajja ta kulħadd, hu min hu, għamel x’għamel, tiġi protetta. Minkejja l-ħafna ftaħir tal-Gvern Laburista, għandna ħabs li flok post ta’ riforma spiċċa post fejn qed tirrenja l-biża, u fejn jintilfu l-ħajjiet.

Għal dan għandu jwieġeb il-Ministru responsabbli Byron Camillleri li flok jinħeba wara l-inkjesti u l-istqarrijiet għandu jassigura lill-poplu Malti li din is sitwazzjoni ta’ mwiet kontinwi se tiġi indirizzata darba għal dejjem b’serjeta’.

Beppe Fenech Adami insista li jekk Byron Camillleri mhux kapaċi jagħti din l-assigurazzzjoni m’għandu l-ebda triq oħra ħlief li jirriżenja.