Knisja Lokali

Il-vara tal-Bambina tinħareġ fil-Bitħa tas-Santwarju tal-Mellieħa

Issoltu, bħal-lum, għadd ta’ Knejjes madwar Malta u Għawdex jiċċelebraw il-Festa Liturġika ta’ Marija Bambina.

Iżda din id-darba, fid-dawl tad-direttivi maħruġa mill-Kurja kawża tal-pandemija tal-Coronavirus, kellhom jitħassru kull attività pubblika, fosthom il-purċissjonijiet jew il-pellegrinaġġi, kif ukoll il-marċi.

Min-naħa tagħha, it-tmexxija tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa ppjana li jorganizza l-Quddiesa ewlenija ta’ Jum il-Festa fil-Bitħa tas-Santwarju, taħt id-dell tal-vara artistika u devota ta’ Marija Bambina.

Il-vara nħarġet biex tkun esposta mill-pubbliku ftit wara l-4pm, b’aktar tard titqaddes il-Quddiesa Konċelebrata, immexxija mill-Arċipriet Dun Joe Caruana.