Knisja Lokali

Imfakkar Jum il-Vitorja

It-8 ta’ Settembru: Jum ir-rebħa, jum li tul is-snin fisser mumenti importanti fl-istorja ta’ pajjiżna.

Fl-1565, dan il-jum fisser it-tmiem tal-Assedju l-Kbir mill-Imperu Ottoman hekk kif il-Kavallieri u l-popolazzjoni Maltija irreżistew l-invażjoni ta’ wieħed mill-ikbar potenzi ta’ dak iż-żmien.

Fl-1800, jiġi fi tmiemu l-imblokk tal-Franċiżi ware sentejn minn meta l-qawwiet ta’ Napuljun kienu waslu Malta u ġabu fi tmiemhom iktar minn żewġ sekli ta’ ħakma mill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann.

U f’dan il-jum, fl-1943, l-Italja faxxista ċċedi u effettivament fissret l-involviment dirett ta’ Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija.

F’dan il-kuntest ta’ pandemija, ma naqtgħux qalbna, niġbdu ħabel wieħed, nobdu lill-awtoritajiet, ma nkunux boloh u naħsbu li dan l-għadu ma jidhirx li m’għandux effett fuqna. Forsi lilek imegħkek ftit u jgħaddi iżda xi ħadd għażiż tiegħek iħallas prezz ogħla.

Fl-omelija waqt il-quddiesa pontifikali fil-Kolleġġjata tan-Naxxar, l-Arċisqof ta’ Malta Mons Charles Scicluna tkellem dwar l-isem ta’ Marija li kellha twelled dak li kellu jkun is-salvazzjoni tagħna.

Aħna dejjem ħarisna lejn il-Bambina minn dan il-wied tad-dmugħ. Tfakkarna li Alla huwa ħniena u Alla huwa mħabba.

Il-Maltin u l-Għawdxin niċċelebraw avvenimenti fl-istorja tagħna. Dati ta’ ħarsien mill-Bambina u ħarisna lejha bħala omm it-tama u omm il-ħniena.

Intant, l-attivitajiet għalqu bir-regatta tradizzjonali ta’ Jum il-Vitorja bix-shield tintrebaħ minn Marsa għall-14-il darba filwaqt li Birżebbugia rebħu Kategorija B.

Ikkummenta