Kunsilli Lokali Lokali

Inawgurata Triq Nazzareno Farrugia fil-Fgura (Superjur tal-MUSEUM u Benefattur 1942 – 2020)

Il-Ħadd filgħodu ġiet inawgurata Triq Nazzareno Farrugia fil-Fgura. Din it-triq ġiet inawgurata fil-preżenza ta’ diversi familjari tas-Sur Farrugia, is-Sindku u l-Kunsilliera Lokali, rapreżentanti tal-għaqdiet tal-lokal u diversi residenti.

Waqt din iċ-ċerimonja saru diskorsi mis-Sindku, s-Sur Pierre Dalli u mill-Kunsillier responsabbli mill-Ambjent, Kultura u Wirt Storiku, s-Sur Charles Bonello.

Il-plakka tat-triq ġie imbierka minn Patri Raymond Calleja, Karmelitan, Kappillan tal-Fgura.

Tul din iċ-ċerimonja ngħata tagħrif fuq il-ħajja ta’ Nazzareno Farrugia u ntqal li Żaren is-Superjur, kif ħafna kienu jafuh, ħadem bla nifs f’diversi oqsma kemm dawk reliġjużi kif ukoll ċivili għall-ġid tal-Fgura u r-residenti tagħha.

L-appell tal-Kunsill kien sabiex ir-residenti tal-Fgura jieħdu l-eżempju ta’ Nazzareno Farrugia u jkunu residenti li jaħdmu b’risq il-lokal fejn jgħixu u jassiguraw sabiex iħallu l-Fgura aħjar milli sabuha.