Lokali

“It-traġedja tal-Imsida setgħet ġiet evitata”

L-AAA tgħid li l-klieb li attakkaw lill-vittma huma vittmi wkoll

Skont l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati (AAA) dak li seħħ ilbieraħ fl-Imsida seta’ ġie evitat. Hekk intqal mill-assoċjazzjoni permezz ta’ post twil fuq Facebook.

Fil-messaġġ tagħha, l-AAA qalet li filwaqt li jiddispjaċiha għat-traġedja li ħasdet il-ħajja tal-anzjana ta’ 95 sena, il-klieb li attakkaw lill-vittma huma vittmi wkoll, u staqsiet kif tħallew dawn il-pitbulls f’residenza privata.

B’kuntrast ma’ dak li ntqal mill-Pulizija, l-AAA qalet li kien hemm aktar minn 10 iklieb li kienu tan-neputi tal-anzjana. L-assoċjazzjoni ddeskriviet lill-klieb bħala “vittmi”, u qalet li għandna nieqfu nwaħħlu f’min hu innoċenti.