Raġel inqabad minn kameras tas-CCTV jidħol f’guva, ftit tal-jiem biss wara li l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) nediet it-tielet u l-aktar fażi importanti tal-proġett tal-Barbaġanni fil-Buskett. Mill-filmati jidher illi dan ir-raġel wettaq ħsara biex daħal fil-guva tal-Barbaġanni.
Fi stqarrija, l-FKNK qalet li meta l-persuna inkarigata tal-FKNK marret biex tagħlef il-barbaġann, skopriet il-ħsara u li żewġ barbaġanni mill-ħamsa li kien hemm fil-guva kienu nieqsa.
L-FKNK għamlet rapport dalgħodu l-għassa tar-Rabat, fejn ukoll ġie ppreżentat l-filmat tal-kameras tas-sigurtà li jinstabu installati fil-guva, biex tgħin lill-pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.
L-FKNK qed tappella lil kull min jista’ għandu xi nformazzjoni sabiex jgħaddiha lill-Pulizija.
//= $special ?>