Futbol Sport

Mitt gowl internazzjonali għal Cristiano Ronaldo, l-Ingilterra miżmuma fi draw mid-Danimarka

Cristiano Ronaldo skorja l-100 u l-101 gowl tiegħu f’rebħa li l-Portugall kellhom fuq l-Iżvezja f’partita valida mill-UEFA Nations League. RONALDO fetaħ l-iskor minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima bi freekick mill-isbaħ u rdoppja fit-72 minuta.

L-Ingilterra ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr gowls mid-Danimarka filwaqt li mill-istess grupp, il-Belġju kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 fuq l-Iżlanda wara li marru gowl minn taħt kmieni fil-partita.

F’partita oħra, iċ-champions tad-dinja Franza, tħabtu biex għelbu lil Kroazja 4-2 wara li marru fl-iżvantaġġ kmieni fil-partita.

UEFA NATIONS LEAGUE

Illejla: Belġju v Iżlanda 5-1, Danimarka v Ingilterra 0-0, Franza v Kroazja 4-2, Żvezja v Portugall 0-2, Ċipru v Azebaijan 0-1, Lussemburgu v Montenegro 0-1, Armenja v Estonja 2-0, Ġorġja v Maċedonja 1-1, San Marino v Liechtenstein 0-2