Il-Kulleġġ tal-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista (KKLPN) jsellem il-memorja tal-eks Kunsillier Laurence Mizzi li serva fil-lokalita’ tal-Munxar bejn is-snin 1994 u 1998 f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Il-KKLPN qal li l-ħidma tas-Sur Mizzi tul l-erba’ snin li dam fil-kariga sarfet f’ħidma sfieqa b’lealta’ għal-lokalita’ tal-Munxar. Minkejja li f’dak il-perjodu, l-Kunsilli Lokali kienu għadhom jibdew, xorta waħda Mizzi pprezenta ruħu sabiex jaħdem f’dan il-qasam.
Il-Kulleġġ tal-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista jibgħat il-kondoljanzi lill-familja ta’ Mizzi, lill-Kunsill Lokali tal-Munxar, qraba u ħbieb oħrajn.
//= $special ?>