96% tal-kumpaniji jgħidu li t-tieni mewġa setgħet ġiet evitata – MEA

81% tal-kumpaniji esperjenzaw telf fin-negozju minħabba l-Covid-19.Dan ħareġ minn stħarriġ onlajn li sar mill-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem, fost dawk li jħaddmu …dan sabiex jaraw il-prestazzjoni tan-negozji fi żminijiet tal-COVID-19. Stħarriġ li indika li 96% tal-kumpaniji li wieġbu jsostnu li t-tieni mewġa setgħet ġiet evitata totalment

Wieġbu għal dan l-istħarriġ 237 kumpanija fis-settur privat, b’firxa fis-setturi ekonomiċi kollha u kumpaniji li saħansitra jimpjegaw mal-40 elf persuna.

Kienu 3% tan-negozji biss li esperjenzaw żieda waqt il-pandemija.. filwaqt li 16% ta’ dawk li wieġbu sostnew li l-COVID-19 m’għandha l-ebda effett fuq l-operazzjonijiet kummerċjali tagħhom

Minn Ġunju-Awwissu kienu aħjar minn Marzu-Mejju għal 48% tar-rispondenti; 38% ta’ dawk li wieġbu sostnew li n-negozju baqa’ l-istess u 16% ta ’dawk li wieġbu sostnew li l-prestazzjoni tan-negozju kienet agħar minn Ġunju-Awwissu 2020.

73% tal-kumpaniji li wieġbu dan l-istħarriġ, wieġbu li pprevedew it-tieni mewġa wara ż-żieda fil-każijiet ta ’Covid-19 wara l-20 ta’ Lulju, u dan affettwa bosta kumpaniji

19% ta’ dawk li wieġbu ddikjaraw li għamlu sensji. Dan filwaqt li 44% tal-kumpaniji mistħarrġa qed jipprevedu li n-negozju jiddependi fuq appoġġ estiż tal-gvern għall-2021.

Kwistjonijiet ewlenin relatati mal-impjiegi li qed jaffettwaw in-negozji fis-sitwazzjoni attwali jinkludu fost oħrajn: sens ta’ instabbilità u incertezza, żieda fis-sick leave u kif ukoll żieda fil-leave tal-kwarantina