Għawdex Kurżitajiet Lokali

AĠĠORNATA: 44 bajd tal-fekruna maħsuba li sfaw vittmi tal-granċijiet

Fkieren ċkejknin jagħtu kulur lil ġurnata mudlama ta' jumejn ilu.

Kienu 57 fekruna tal-ilma baħar li faqsu bla mistenni fis-7 ta’ Settembru fil-bajja Għawdxija tar-Ramla.

Dan kien imħabbar minn Nature Trust Malta wara li dan il-fenomenu naturali inqabad b’telefown ċellulari minn wieħed mill-għawwiema li kien fir-Ramla tul il-jum. Fil-filmat, li tpoġġa’ fuq il-media soċjali, dan ir-raġel jinstema’ jgħid li kważi qas seta’ jemmen dak li kien qed jara.

Mhux magħruf eżatt minn liema bejta faqqset din il-fekruna hekk kif ħadd ma kien ra fekruna titla’ fuq il-bajja u tbid. Mill-bejta, kienu 44 fekruna li sfortanatament ma faqsux.

Hemm possibiltà li din il-bejta stmat vittma ta’ granċijiet. Dan għaliex wara tfittxija li saret minn voluntiera fuq l-istess bajja, l-ebda traċċ tal-bejta ma nstabet.

Dan is-Sajf kien wieħed li jibqa’ jitfakkar bħala staġun li offra kenn għal diversi fkieren li bejtu fuq ix-xtajtiet tal-gżejjer tagħna.

https://m.facebook.com/story.php?story_fbid=10217707885390745&id=1288555616&_rdr