Futbol Sport

Aston Villa jakkwistaw lil Ollie Watkins mingħand Brentford

(Ritratt: Aston Villa)

Aston Villa wettqu akkwist importanti, meta ffirmaw lill-attakkant ta’ Brentford Ollie Watkins għal somma rekord ta’ £28 miljun u se jiffirma kuntratt ta’ ħames snin.

Villa għelbu lir-rivali tagħhom West Brom għall-firma tal-attakkant Ingliż ta’ 24 sena li fl-istaġun li għadda rnexxielu jiskorja 26 gowl għal Brentford li rnexxielhom jagħmluwa sal-finali tal-play-off fejn tilfu kontra Fulham.

Il-kowċ ta’ Aston Villa Dean Smith qal li Watkins huwa wieħed mill-aktar attakanti promittenti fl-Ingliterra u għandu l-abbiltà li jagħmilha fl-għola livell. Watkins minn naħa tiegħu qal li jrid jagħmel xi ħaġa speċjali ma’ Aston Villa f’dan l-istaġun u qed jittama li jiskorja ħafna gowls.