Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li waqa’ f’xaft

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Raġel ta’ 44 sena residenti Birżebbuġia, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta kostruzzjoni fi Triq it-Torri ta’ Alof De Wignacourt, ix-Xgħajra.

Għall-ħabta tal-10.30, il-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fl-imsemmija triq minħabba li kien weġġa’ ħaddiem f’sit ta kostruzzjoni.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi meta waqa’ madwar żewġ filati ġo xaft.

Fuq il-post issejħu tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.